News

345 biss iwieġbu għas-sejħa tal-MUT

L-MUT għamlet survey, biex turi s-saħħa tal-argumenti tagħha rigward li toħroġ lill-edukaturi mill-iskali tas-servizz pubbliku. Is-survey tal-MUT ħareġ punti ċarissimi. L-ewwel punt li ħareġ hu, kemm l-edukaturi huma ‘l bogħod mill-MUT. Minn madwar 10,000 edukatur, 345 biss (≈3.45%) wieġbu għas-sejħa tal-MUT. Dan jista’ jitfa’ dawl fuq kemm hi dgħajfa l-MUT illum vis a vis n-numru ta’ membri attivi li għad fadlilhom. Joħroġ ukoll apparti li kważi ħadd m’għadu jqis lill-MUT bħala l-unjin tiegħu, li l-MUT tqis li survey b’parteċipazzjoni miżera ta’ 345 jista’ jipprova l-opinjoni t’10,000 edukatur. L-MUT saret unjin ta’ dilettanti bil-provi. Huma ħarġu b’idea li kulħadd qiegħed jgħidilna li Allaħares nagħmlu hekk, li jkun diżastru għalina l-edukaturi. Anki l-President storiku tal-MUT, is-Sur Bencini tkellem kontra l-idea ta’ din l-MUT.

ATTENTI! Din taf iġġib taqlib drastiku fil-futur tagħna l-edukaturi u hu żgur li bl-MUT bl-aħħar kelma fuq kollox mhix se tkun tagħna l-edukaturi imma żgur li tkun f’idejn min iħaddimna.