News

COVID 19 – Il-UPE kellna laqgħa importanti mal-Ministeru

Ftit tal-ħin ilu, aħna l-UPE kellna laqgħa importanti mal-ministeru tal-edukazzjoni. F’din il-laqgħa l-unjin wasslet il-tħassib tagħna, tal-edukaturi u ta’ numru kbir ta’ ġenituri, fl-istess waqt wassalna l-l-proposti tagħna sabiex nipprevjenu li jkollna każijiet ta’ COVID 19 u tixrid ta’ dan il-virus fl-iskejjel.

Wara li rajna x’ġara fil-pajjiżi ġirien tagħna, partikolarment fl-Italja, fejn id-deċiżjonijiet setgħu ittieħdu tard biex ikunu effettivi, appellajna lill-ministeru sabiex ikun proattiv u jaġixxi malajr kemm jista’ jkun. Aħna sħaqqna li jekk hemm il-ħtieġa li jingħalqu l-iskejjel ma jkunx hemm tkarkir tas-saqajn u jingħalqu temporanjament għall-ġid tal-edukaturi, l-istudenti u l-bqija tal-popolazzjoni.

Bħal dejjem ninkuraġġixxu li kulħadd isegwi l-istruzzjonijiet li ħarġu u li qegħdin joħorġu mill-awtoritajiet kompetenti sabiex nissalvagwardjaw saħħet it-tfal, l-edukaturi u l-familji tagħhom.