News

Elezzjoni MUT: REBĦA KBIRA GĦALL-SMT

Il-managment rebaħ l-elezzjoni tal-MUT b’maġġoranza assoluta. 57% tal-kunsilliera eletti huma SMT.
Dan ifisser li l-SMT, il-management, issa, apparti li jikmanda fl-iskejjel, illum jikmanda ukoll lill-“Unjin tal-Għalliema”. Kull deċiżjoni li se tittieħed mill-kunsill se tiġi deċiża mill-SMT. Dan għaliex, jekk jingħaqdu l-kunsilliera tal-Għalliema, l-LSEs u l-KGEs kollha flimkien jibqgħu f’minoranza meta jiġi biex jittieħed vot.
Spiss l-ewwel problemi li jkollu għalliem, LSE jew KGE jkun mal-SMT tal-iskola tiegħu. Qabel kien imur għand l-MUT. Issa li l-MUT hi ikkontrollata b’maġġoranza assoluta mill-SMT, int edukatur jekk ikollok problema mal-SMT, se tmur għand l-MUT biex tgħinek kontra min jikkontrollaha b’maġġoranza assoluta?
L-MUT hi l-unjin tal-SMTs u ma tirrapreżentax b’mod xieraq lill-għalliema, LSEs u KGEs kif xieraq lanqas fil-kunsill tagħha stess, aħseb u ara.
Int edukatur, se tibqa’ tħallas unjin li m’għad għandha xejn jgħodd għalik. Issieħeb fil-Unjin li hi tassew il-Unjin tal-Għalliema, tal-LSEs u tal-KGEs. Issieħeb fil-unjin li tassew tirrappreżentak, fil-unjin li hi tassew tiegħek u li qiegħda hemm esklussivament għalik, issieħeb fil-UPE.