News

Flimkien Wasalna! – Xogħol il-UPE iwassal lil-LSE2s jieħdu ż-żieda bl-arretrati

Illum, grazzi għalik, grazzi għall-kooperazzjoni u d-determinazzjoni tal-LSEs kollha li segwew id-direttivi u direzzjonijiet tal-UPE, ix-xogħol tal-UPE issarraf f’li int LSE2, effettivament minn din il-paga bdejt tieħdu ż-żieda, bl-arretrati kollha.

Ġibnilkom dak li ħabba ħaddieħor kontu se titilfu, bħas-soltu żammejna kelmitna u hekk se nibqgħu nagħmlu! Issa jmiss li dak li ksibna għal-LSE2s fl-iskejjel tal-gvern inġibuh għal-LSE2s fl-iskejjel tal-knisja ukoll.

LSE2 li taħdem fi skola tal-knisja, nassigurawk li l-UPE ser tibqa’ tiġġieled għalik sakemm inġibuhomlok ukoll.