News

Il-MUT il-Unjin ta’ konfużjoni

Fl-aħħar komunikazzjoni il-MUT lill-aħħar LSEs u KGEs li fadlilha membri magħha, komplit tispika l-konfużjoni li qed tirrenja f’din l-unjin. Kliemhom ikompli jikxef in-nuqqas t’interess fl-interessi tal-LSEs u l-KGEs li mxew bih waqt il-ftehim settorjali.

Il-MUT għamlet froġa kbira oħra u minħabba fl-MUT għal darb’oħra se jbatu l-LSEs u l-KGEs. Issa bil-wiċċ tost kollu, il-MUT qed tipprova tilgħab bid-diskors biex tkompli iżżomm il-fiduċja ta’ dawk il-membri li għadhom ma irrealiżżawx il-verita’.

Il-Union Of Professional Educators hi l-Unjin naturali ta’ kull LSE u KGE. Kienet il-UPE li infurmat lill-LSEs u lill-KGEs bis-sinifikat tat-tibdil. Kieku l-UPE ma tkellmitx u m’aġixxietx, kieku il-MUT kienet se tibqa’ siekta, fidila lejn il-ftehim li iffirmat id f’id mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

Aktar minn qatt qabel, kull edukatur/edukatriċi għandu/ha l-bżonn li jissieħeb f’Unjin u llum kulħadd jaf li l-Unjin naturali ta’ kull edukaturi/edukatriċi hi, bil-provi, il-UPE.