News

Il-UPE issolvi l-problema tal-pagi tal-LSE2s

Il-ħidma tagħna l-UPE issarrfet f’riżultat pożittiv ieħor għal-LSEs.

Irnexxielna nirranġaw l-inġustizzja fuq l-LSEs li ħolqu l-MUT u l-MEDE flimkien.

Fil-jiem li għaddew il-UPE wissejna lill-MEDE li m’aħniex lesti nistennew aktar u li jekk mhux se jagħtuna garanzija li l-problema li ħolqu huma fl-imkien ma’ sħabhom tal-MUT mhix se tissolva, konna ser indaħħluhom il-qorti.

Iva aħna konna lesti ndaħħluhom aħna il-qorti biex niddefendu lil-LSEs. Id-dipartiment għaraf id-determinazzjoni tagħna u tana assigurazzjoni bil-miktub li l-problema ħa tissolva u li l-LSE2s milquta se ikunu qegħdin jieħdu dak li ħaqqhom.

Sintendi id-direttivi tagħna se jibqgħu fis-seħħ sakemm l-LSE2s milquta jibdew effettivament jirċievu l-paga tagħhom kif suppost.

Bħalma taf, il-UPE għandha tassew għal qalbha l-LSEs. Ħdimna u ħdimna qatigħ biex insolvu din l-inġustizja u grazzi għas-sapport ta’ dawk kollha li segwew id-direttivi u l-istruzzjonijiet tal-Unjin, flimkien wasalna.

Din hi rebħa oħra tal-UPE, il-vera Unjin tal-LSEs u tal-edukaturi, rebħa importanti għal-LSE2s. Turija li l-UPE qed taħdem għalik u li meta nkunu magħqudin flimkien ir-riżultati inġibuhom.