News

Il-UPE TIBDEL GĦALL-AĦJAR FTEHIM ĦAŻIN BEJN IL-MEDE U L-MUT

L-MUT u l-MEDE fil-ftehim settorjali li għadda qablu li minn din is-sena skolastika is-sapport tal-LSE fil-Kinder 1 kellu jonqos.

Il-UPE mill-banda l-oħra, mill-ewwel intebħet bl-effetti ħżiena li din ir-riforma maqbula mill-MUT u l-MEDE kienet se ġġib magħha. Kif fehmna lill-membri, lill-edukaturi u lill-ġenituri, din setgħet kellha konsegwenzi koroh ħafna. Għaldaqstant, il-UPE bdiet minnufih taħdem qatigħ biex tirranġa s-sitwazzjoni.

Bis-saħħa tal-impenn u l-ħidma tal-UPE, illum il-MEDE għamlet numru ta’ passi lura minn din ir-riforma, sabiex l-inkonvenjenti fuq l-LSE, KGE u l-istudenti jonqsu.

Minnkejja li nemmnu li mhux biżżejjed, bħala UPE, nilqgħu l-passi li għamlet lura l-MEDE bl-isforzi kontinwi tal-UPE. Għalkemm il-MEDE tista’ u fl-opinjoni tagħna imessa tagħmel aħjar, il-UPE hi sodisfatta li bl-intervent tagħha, l-effetti ħżiena li kienu se jaffettwaw lil-LSE, KGE u lill-istudenti naqsu drastikament, għalkemm irid isir aktar. Irid isir aktar għax mhux sew li jekk fi klassi (b’inqas minn 12-il student) jkun hemm 2 studenti b’shared support, il-KGE mhux se jkollha LSE fil-klassi, kif ukoll, għax l-LSE ħa jkollu minimu ta’ 3 studenti shared, meta qabel seta’ jkollu anki 2 “biss”.

Aħna l-UPE se nkomplu nsegwu dak kollu li se jkun għaddej u se nibqgħu viġilanti u attivi bħal dejjem sabiex inkomplu naffetwaw pożittivament lill-edukaturi u lill-istudenti.

 1. L-ordni tad-DG lill-Kapijiet tal-iskejjel ftit jiem ilu. DES 12.2019 – Inklużjoni, dokumenti marbuta ma’ Statementing u l-LSE Class Support

2. Wara l-intervent tal-UPE. LC-DES-14.2019-The-introduction-of-the-Learning-Support-Educator-in-Kinder-1-2019-2020

3. Il-ftehim settorali maqbul bejn l-MUT u l-MEDE