News

Il-UPE tifraħ u tawgura lill-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni

Il-UPE tixtieq tirringrazzja lill-Onorevoli Owen Bonnici tax-xogħol tiegħu li wettaq fix-xhur li fihom serva bħala Ministru tal-Edukazzjoni. Fl-istess waqt il-UPE tifraħ u tawgura lill-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni l-Onorevoli Justyne Caruana.

Il-Unjin tħares ‘il quddiem sabiex mill-aktar fis possibbli tibda taħdem flimkien mal-Onorevoli Caruana sabiex nindirizzaw l-isfidi li għandna fis-settur għall-ġid tal-edukaturi u l-istudenti tagħna.