News

Il-UPE tifraħ u tawgura lill-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni

Il-UPE tixtieq tirringrazzja lill-Onorevoli Evarist Bartolo tax-xogħol tiegħu li wettaq fis-snin li fihom serva bħala Ministru tal-Edukazzjoni. Fl-istess waqt il-UPE tifraħ u tawgura lill-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni l-Onorevoli Owen Bonnici. Il-Unjin tħares ‘il quddiem sabiex mill-aktar fis possibbli tibda taħdem flimkien mal-Onorevoli Bonnici sabiex nindirizzaw l-isfidi li għandna fis-settur għall-ġid tal-edukaturi u l-istudenti tagħna.