News

Is-Saħħa tal-Membri Tagħna Priorità

Għeżież edukaturi membri tal-Union of Professional Educators – Voice of the Workers,
 
il-UPE ma ġietx involuta fid-diskussjoni sabiex numru ta’ gradi li tirrapreżenta l-Unjin jidħlu għax-xogħol minn għada l-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju.
 
Il-UPE hija infurmata li l-postijiet tax-xogħol inkwestjoni m’humiex attrezzati skont il-protokoll maħruġ mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u dan jaf ikun ta’ periklu għal saħħet l-edukaturi involuti. Dawn il-gradi jinkludu lecturers fl-Università u lecturers fil-Junior Collage.
 
Għaldaqstant, b’responsabilità lejn is-saħħa u s-sigurtà tal-membri tagħna, il-UPE se tagħti direttivi lis-setturi kollha, sabiex il-membri kollha li tirrapreżenta u li ntalbu biex jirritornaw lura għax-xogħol bla ma saħħithom mhi mħarsa kif xieraq, ma jagħmlux dan, imma jkomplu jaħdmu minn djarhom kif għamlu minkejja l-isfidi kollha li dan ġab miegħu f’dawn l-aħħar ġimgħat.