News

Laqgħa formali mal-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni

Dalgħodu bħala eżekuttiv tal-UPE kellna l-ewwel laqgħa formali mal-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni, l-Onor. Owen Bonnici.

Kienet laqgħa kordjali, imma laqgħa li fiha spjegajna lill-Onor Bonnici l-isfidi u l-problemi li qegħdin ixebbgħu lill-Edukaturi u jnawwru lis-sistema edukattiva, fosthom; l-LOFs, il-working load, il-pagi, ir-rispett lejn l-Edukaturi, is-sigurtà fl-iskejjel, in-nuqqas t’għalliema u LSEs, skejjel u klassijiet mhux adegwati, l-anomalija fil-pagi tal-LSE2s, il-problemi tat-trasport, il-piżijiet li jridu jqandlu l-LSEs, is-supply grades, il-curriciulum time tal-KGEs, l-emerging curriciulum.

Aħna l-UPE nirringrazzjaw lill-Onor. Bonnici tal-kordjalità tiegħu, inħarsu ‘l quddiem sabiex ikollna relazzjoni industrijali tajba u nistennew l-Ministeru bil-fatti jurina li semagħna.