News

LSE2s fl-iskejjel tal-Knisja ma jitħallsux il-paga kollha kif suppost.

Skont il-Public Service Manual Code (PSMC), LSE2 li gradwa fl-2019 suppost jitħallas salarju fi skala 12.3. Alla jista’ kollox, l-awtoritajiet tal-iskejjel tal-Knisja minkejja l-avviżi tal-UPE għadhom qegħdin iħallsu lil-LSE2s li gradwaw fl-2019 b’salarju imnaqqas ta’ skala 12.1 . Dan l-abbuż għall-UPE mhux aċċettabbli! Għaldaqstant, il-UPE se tkun qed tirreġistra tilwima industrijali biex niddefendu lil dawn l-LSEs. Serrħu moħħkom li ser inkunu qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli sabiex tieħdu l-paga sħiħa li hi tagħkom.