News

LSE’s li jservu ta’ bejjiegħa

Il-UPE irċeviet xi rapporti fejn kapijiet tal-iskola tal-knisja u tal-gvern qegħdin jimponu lil LSE’s li jservu ta’ bejjiegħa meta dawn il-kapijiet tal-iskola jidhrilhom, specjalment fiz zmien il-parents day.

Aħna nagħmluha ċara, il-volontarjat isir b’mod volontarju u mhux impost. Min volontarjament , b’għażla tiegħu jixtieq jagħmel volontarjat, mhux problema li jagħmlu, imma l-ebda ibbuljar mhu se jkun aċċettat fuq edukaturi! L-LSE mhux bejjiegħ imma edukaturi u aħna ser inkunu qegħdin niddefendu d-dinjità tal-LSEs u tal-professjoni tal-LSEs.

Jekk dawn l-abbużi ser ikomplu jiġu perpetwati, l-ewwel pass tal-Unjin se ikun li jibda jsemmi lill-kapijiet tal-iskola, lil dawn il-bullies b’isimhom, imbagħad inkomplu naġixxu bil-modi kollha possibbli sabiex dawn il-ksuħat u din l-arja żejda jieqfu.