Minkejja li l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jirrakkomandaw bis-saħħa l-importanza tal-ħasil tal-idejn, fl-iskejjel hemm nuqqas kbir ta’ faċilitajiet fejn persuna tista’ taħsel ideha.
Irċevejna numru kbir ta’ rapporti minn edukaturi u anki minn ġenituri li f’ħafna skejjel madwar Malta u Għawdex m’hemmx sapun u fejn wieħed jixxotta idu, aħseb u ara sanitizers biżżejjed.
Aħna bħala UPE nappellaw lill-ministeru tal-edukazzjoni jindirizza din il-problema mill-aktar fis possibbli.
Hi priorità ta’ kulħadd li nissalvagwardjaw lill-edukaturi u lill-istudenti tagħna.