News

Reġgħu għaxquhielna!

LSE2s li daħlu fl-2017 irrabjati u bir-raġun!

Ħbieb, illum kulħadd fehem li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk u tajjeb nieħdu azzjoni!

Ejjew ngħidu l-affarijiet kif inhuma. Din l-inġustizzja fil-pagi tal-LSE2s hi kollha ħtija tal-MUT u l-MEDE!

L-MUT u l-MEDE fil-ftehim settorjali li iffirmaw taw lok li intom ma tiħdux il-paga li suppost. F’kull ftehim settorjali ta’ kull post tax-xogħol ieħor, il-unjin li tkun qegħda tinnegozja tara li ma jsirx dak li għamlu lilkom. F’tagħna dan ma seħħx, jew għax insew, jew għax fejn jidħlu l-LSEs ma jkunux jafu x’inhuma jagħmlu.

Il-UPE dħalna b’ruħna u b’ġisimna sabiex nirranġaw id-diżastru li għamlu flimkien l-MUT u l-MEDE u konna għoddna wasalna. Imbagħad iddeffset l-MUT u reġgħet ħarbtet kollox. Il-UPE ridna li l-LSEs kollha milquta tieħdu l-arretrati mistħoqqa, għax mhux tort tagħkom li ġejtu f’din is-sitwazzjoni imma tort tan-nuqqas ta’ ħsieb tal-MUT u l-MEDE fil-ftehim settorjali. Dan ridna u konna se nġibu aħna qabel reġgħet iżżattet l-MUT u reġgħet għamlet froġa.

IMPORTANTI li kulħadd jifhem li ma nistgħux inħallu lill-MUT tibqa’ tinnegozja għalina u jibqgħu jirvinaw ix-xogħol u l-futur tagħna!

Is-sħubija tiegħek fil-UPE tassigura li int LSE u fejn jidħlu l-affarijiet tiegħek hemm Unjin kompetenti, li tifhmek u tassew tieħu ħsieb u tiġġieled għall-interessi u għall-ġid tiegħek u tal-professjoni tiegħek.